In the Press

‘Gvern Laburista ifisser prosperita’ ekonomika u impjiegi ta’ kwalita’ għal kulħadd’

L-Ewroparlamentari Cyrus Engerer laqa’ b’entużjażmu l-aħbar li l-ekonomija Maltija reġgħet laħqet il-livelli ta’ qabel il-pandemija, hekk kif il-ġid nazzjonali kiber b’biljun u nofs ewro, ikkumparat mas-sena 2020. Dan ifisser tkabbir ta’ 9.4% fuq l-istess sena, li huwa d-doppju tat-tkabbir ekonomiku medja rreġistrat fl-Unjoni Ewropea. ‘Dan huwa fost l-aqwa ċertifikati li jista’ jkolna bħala Gvern Laburista, li minkejja l-isfidi ekonomiċi li affaċjajna lkoll tul dawn l-aħħar sentejn ta’ pandemija, il-miżuri li ttieħdu biex nissalvagwardjaw is-saħħa, l-impjiegi u l-ekonomija tagħna, qiegħdin juru l-frott tagħhom. Illum, għandna ekonomija reżiljenti, diversifikata u sostennibbli għall-futur,’ irrimarka Engerer. Din il-ġimgħa wkoll tħabbar li l-livell tal-qgħad f’pajjiżna għal darb’oħra kien l-aktar baxx fl-istorja, hekk kif ġiet irreġistrata rata ta’ qgħad ta’ 3.1% fost il-forza tax-xogħol Maltija - l-aktar rata baxxa fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. ‘Dan juri l-istorja ta’ suċċess tal-Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela, minkejja l-isfidi bla preċedent li affaċja hekk kif ħa f’idejh it-tmexxija ta’ pajjiżna. Fi sfond ta’pandemija globali, xorta waħda nħolqu impjiegi ġodda li kienu strumentali biex tiddawwar l-ekonomija Maltija u Għawdxija meta ċertu setturi kienu pparalizzati,’ kompla Engerer. Huwa wkoll esprima s-sodisfazzjon li l-Partit Laburista ser ikompli jinvesti fil-ħaddiema u fl-edukazzjoni, billi jaċċerta li l-ġenerazzjoni ġdida ta’ ħaddiema Maltin ikollha l-aqwa opportunatijiet biex titgħallem u tavvanza it-talenti, snajja’ u l-għarfien tagħha f’diversi oqsma. Dan hekk kif ġie mwiegħed li Gvern Laburista ser itejjeb il-kundizzjonijiet u l-pagi tal-edukaturi, b’rikonixximent tal-irwol pivotali tagħhom biex irawmu l-ġenerażżjoni li se tmexxi l-ekonomija Maltija t’għada; filwaqt li ser issir aktar riċerka u studji biex is-sistema edukattiva ta’ Malta tkun waħda kurrenti u aġġornata għall-esiġenzi taż-żminijiet li qiegħdin ngħixu fihom. ‘Hawn tkompli toħroġ fiċ-ċar id-differenza bejn iż-żewġ partiti,’ qal Engerer. ‘Fuq naħa, għandna Partit Nazzjonalista mweħħel fil-passat, li wara disa’ snin fl-oppożizzjoni, baqa’ joħroġ bi proposti fjakki u bla ħsieb, b’garanzija li jifqa’ l-ekonomija Maltija bid-dejn. Iżda fuq in-naħa l-oħra, insibu Partit Laburista maqgħud, bi pjan olistiku għall-futur ta’ pajjiżna, b’viżjoni fit-tul biex nassiguraw li uliedna jirtu pajjiż li jipprospera, u li jkunu tassew kburin bih.’ Engerer temm billi qal li fi sfond ta’ dan kollu, huwa essenzjali li nhar is-26 ta’ Marzu, iħeġġeġ il-poplu Malti u Għawdxi biex joħroġ jivvota għall-kandidati kollha tal-Partit Laburista, u jassigura ħames snin oħra ta’ Gvern li jaħdem b’impenn għall-poplu, li jaċċerta l-aqwa kundizzjonijiet ekonomiċi possibbli, u fejn kulħadd ikollu l-opportunita’ li jsib xogħol għal qalbu, b’paga li tixraq.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share