In the Press

‘Gvern Laburista biss jista’ jassigura ekonomija b’saħħitha u reżiljenti’

B’ reazzjoni għat-tħabbira tas-sebgħin miljun ewro investiment li ser jitgawdew mill-poplu Malti u Għawdxi, il-Membru Parlamentari Cyrus Engerer tenna li għal darb’ oħra, Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela wera kemm għandu tassew ruħ u qalb soċjali. ‘Dawn l-aħħar sentejn ma kienu faċli xejn. Apparti l-emerġenza tas-saħħa li ġabet magħha l-pandemija, l-ekonomija mondjali ħadet daqqa ta’ ħarta, u f’ħafna pajjiżi l-impatt sħiħ ta’ dan kollu għadu jrid jinħass. Minkejja dan kollu, ma nistgħux ngħidu l-istess għal pajjiżna, hekk kif l-ekonomija Maltija baqgħet reżiljenti u b’saħħitha, fejn saħansitra ġew rrikordjati l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja ta’ Malta indipendenti,’ qal Engerer. Huwa kompla billi jfakkar li dawn ir-riżultati ma jiġux mix-xejn jew b’kumbinazzjoni, anzi, ‘huma l-frott tal-għaqal u stabbilta’ li wera l-Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela tul dawn is-sentejn ta’ pandemija’. Fi sfond ta’ dan kollu, il-Partit Laburista were kemm huwa vera partit b’għeruq soċjalisti, hekk kif huwa l-poplu Malti u Għawdxi li ser igawdi primarjament mill-għaqal ekonomiku tal-Gvern. Dan ħareġ f’konferenza stampa organizzata nhar il-Ħamis li għadda, fejn il-Prim Ministru flimkien mal-MInistru tal-Ekonomija u l-Impjiegi, Clyde Caruana, ħabbru li apparti l-iskema ta’ rifużjoni tat-taxxa li ġiet imwiegħda fil-Budget 2022, il-Gvern ser jniedi skema fejn il-ħaddiema u studenti Maltin u Għawdxin ser jirċievu ċekk ta’ mitt ewro biex jonfqu u jkomplu jdawru l-ekonomija tagħna. Dan filwaqt li l-pensjonanti ser jirċievu ċekk ta’ mitejn ewro. B’kollox, huwa stmat li madwar 380,000 ċittadin ser ikun qiegħed igawdi minn din il-miżura bla preċedent. ‘Dan huwa ‘l veru serjeta’ fit-tmexxija,’ sostna Engerer, u kompla billi qal ‘filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jinfexx f’attakki personali u negattivita’ sfrenata, mingħajr ma jipprononi l-ebda miżura kredibbli, il-Gvern Laburista jibqa’ jinvesti fil-poplu Malti u jassigura li ħadd ma jibqa lura fis-soċjeta, kawża tal-effetti tal-pandemija.’ Engerer temm billi jgħid li b’miżuri bħal dawn, il-Gvern kien qiegħed jassigura l-impjiegi t’ eluf ta’ ħaddiema, l-għajxien ta’ diversi negozji u industriji, u fuq kollox jissalvagwardja l-ekonomija Maltija, biex pajjiżna joħroġ mill-pandemija b’saħħtu u lest biex ikun kompetittiv fis-suq globali.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share