In the Press

Għalfejn it-tradizzjonijiet tal-festa Maltija għadhom importanti?

Jasal is-sajf Malti u fost ħafna affarijiet, naħsbu bla dubju fil-festi. Huma l-karattru ta’ pajjiżna. Hemm min iħobbhom u hemm min idejquh. Bħal f’kollox. Imma tajjeb nirrealizzaw l-importanza kbira tagħhom. Bdew lura minn żmien il-Kavallieri u maż-żmien żviluppaw u tbiddlu biex saru l-festi li nafu llum. Magħhom daħlu elementi moderni bħal attivitajiet taż-żgħażagħ bħal discos li mhux bilfors kulħadd jaqbel magħhom. Iżda lil hinn mill-kontroversji, il-festi huma prodott turistiku tassew importanti għalina lkoll. Huma niċċa kbira għat-turiżmu mhux biss dak reliġjuż, imma anke storiku u kulturali. Biss biss, huwa fenomenu minnu nnifsu li l-Barokk, li fil-festi Maltin huwa evidenti b’mod qawwi, għadu popolari u maħbub mill-poplu tagħna sal-lum. Dan meta f’pajjiżi oħra, il-Barokk huwa biss perjodu fl-istorja. Aħna le. Għadna nipproduċuh sal-lum fid-diversi forom bħall-armar, tiżjin biex ma nsemmux ukoll, fil-mod grottesk li bih niċċelebraw il-festi titulari u anke dawk sekondarji f’pajjiżna. Il-festa hija l-attività prinċipali fir-raħal jew belt Maltija. Għalkemm forsi l-akkaniżmu trasforma ruħu maż-żmien, għad għandek maġġoranza kbira fost il-poplu, li jistennew il-festa bi ħġarhom. Hija l-attività li titfgħek ukoll f’livell ta’ ħsieb; irrid infisser li malli tasal jew inkella tgħaddi l-festa, il-kliem fuq fomm in-nies ikun “Għaddiet sena oħra”. Jgħiduha b’sens ta’ kburija, sodisfazzjon u b’sens ta’ tama għall-futur u li sena oħra jerġa’ jkollhom iċ-ċans li jgħixu dan il-mument. Il-festa tqanqal nostalġiji, memorji u tifkiriet tat-tfulija. Tfakkarna fl-għeżież tagħna li ħallewna. Tfakkarna fl-istejjer tal-passat u episodji li għadhom jingħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra, u anke jekk ma tħobbx il-festa, żgur li tieħu gost tisma’. Marbuta ma’ dan is-suġġett, hemm il-Knisja. Il-post li huwa l-qofol fil-lokal li tgħix fih. Il-knisja kienet jew hija l-ġawhra taċ-ċittadini. Saħansitra permezz tal-festa, tinnota kemm il-kburija kienet iddur ma’ dan is-suġġett fejn kienu jeżistu piki ta’ min hu l-isbaħ, l-ikbar jew l-aqwa. Dan jurina wkoll tibdil fil-mod ta’ kif ngħixu. Illum x’sar iċ-ċentru ta’ ħajjitna? Qed ngħid dan kollu biex nħeġġeġ apprezzament lejn dak li hu tagħna. Għalkemm ftit ‘il bogħod minna, fi Sqallija jsiru wkoll festi li huma simili għal tagħna, xorta waħda hemm differenzi kbar. Aħna l-Maltin irridu nżejnu b’mod organizzat. Irridu nesponu l-aqwa għall-qaddis li nqimu. Nerġa’ ngħid, kultant dan jiġi mħawwad ma’ fanaċitiżmu iżda nagħmlu żball jekk nitfgħu lil kulħadd f’keffa waħda. Hemm min veru jkun hekk, imma hemm oħrajn li apparti ċ-ċelebrazzjoni pompuża li l-festa Maltija toħloq, ikollu d-devozzjoni u jħoss ferħ ġo qalbu li bl-attitudni kawta tiegħu, jaf ikun qed jersaq iżjed lejn ir-reliġjon li jħobb. Huwa suġġett vast li trid it-tul biex tispjegah. Is-sabiħ tiegħu wkoll, li nies ta’ fidi differenti, ukoll tarahom iżuru l-imkejjen tal-festa u jieħdu gost u japprezzaw b’dak li jaraw. Ma’ dan hemm il-kummerċ u bla dubju, il-mistrieħ. Għaliex fil-festa, irridu nieħdu pawża mid-dinja ta kuljum. Xi ġmiel. X’kultura rikka. Kemm kultant qas nagħtu kas. Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lejn dawk kollha li jħobbu l-festi Maltin. Intom parti kbir integrali mill-identità ta’ dan in-nazzjon.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share