In the Press

“Engerer jikxef Kif Il-PN Ivvota Kontra L-Interessi Maltin Fil-Parlament Ewropew”

“Il-Partit Nazzjonalista għal darb’ oħra wera li qed jaħdem kontra l-interessi ta’ Malta fil-Parlament Ewropew. Din il-ġimgħa, rajna kif David Casa vvota favur rapport li jaf jirriżulta fi spejjeż żejda għal Maltin meta jivjaġġaw bl-ajru,” qal il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer fit-tmiem tas-sessjoni Plenarja fi Strasburgu. Engerer spjega kif ir-rapport ReFuel EU li jżied l-obbligi ambjentali, li qal li huma tassew importanti, mhux qed jagħmel distinzjoni b’saħħitha biżejjed bejn min ma għandux għażla fil-mezzi tat-trasport li juża - li b’hekk jistgħu jirriżultaw f’aktar piżijiet għall- Maltin u l-Għawdxin meta jivjaġġaw. “Sitwazzjoni ta’ one size fits all ma tagħmilx sens f’kuntest fejn ir-realtajiet u l-opportunitajiet huma daqstant differenti. Nies li jgħixu fil-gżejjer, speċjalment gżejjer li huma Stati fihom nfushom, ma jistgħux ikomplu jiġu maħnuqa b’iktar piżijiet milli diġa għandhom, spjega l-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer. “Għalhekk ħassejt il-bżonn li nivvota kontra dan ir-rapport. Nemmen li għandna nkomplu niġġieldu t-tibdil fil-klima u nipproteġu l-ambjent - u pajjiżna huwa kommess li jimxi lejn il-miri klimatiċi u ambjentali. Pero, dejjem tennejt li din il-bidla ambjentali għandha tkun waħda tassew ġusta, li ma tpoġġi lil ebda persuna, reġjun, jew pajjiż, f’diffikultajiet spropozjonati, minħabba din it-transizzjoni. Biex din tkun ta’ suċċess, irridu naċċertaw li kulħadd fl-Unjoni Ewropea ser igawdi l-benefiċċji tat-tranżizzjoni, u dan jinkludi kull Malti u Għawdxi,” tenna Engerer. Engerer ikkonkluda billi saqsa jekk il-kandidat Nazzjonalista Peter Agius hux se jikkundanna lil Partit Nazzjonalista għal mod ta’ kif ivvota fuq l-emendi mressqa fuq dan il-vot partikolari, kif ukoll fuq il-vot tar-rapport finali - hekk kif ħareġ biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista la għandu idea, wisq anqas pożizzjon, fuq il-mod kif pajjiżna u l-Ewropa għandhom jgħelbu l-isfidi ambjentali li qed naffaċjaw. “Irridu nagħmlu minn kollox biex nissalvagwarjaw l-interessi tal-konnettività ta’ Malta u Għawdex mal-bqija tad-dinja. Jiena dejjem kont, u ser nibqa’ naħdem biex din il-bidla ambjentali ma tħalli l-ebda impatt sproporzjonat fuqna l-Maltin - u l-mod kif jiena u kif ukoll sħabi vvutajna, huwa xhieda ta’ din il-ħidma”, temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share