In the Press

Engerer itemm b’suċċess il-ħidma fil-ġlieda kontra l-kanċer

Din il-ġimgħa, waqt is-sessjoni tal-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer saħaq fuq l-importanza li l-politiċi u l-Gvernijiet Ewropej jagħtu każ sew ta’ x’inhuma jgħidu u jirrikmandaw ix-xjentisti, fejn tidħol ir-riċerka fit-trattament tal-kanċer. Dan hekk kif dan ix-xahar fil-Parlament Ewropew intemm il-ħidma tal-Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer, fejn Engerer kien l-uniku MPE Malti fi ħdanu. Din il-ħidma laħqet il-qofol tagħha b’rapport imħejji dwar strateġija koordinata Ewropea fil-ġlieda kontra il-kanċer, fejn ser jiġu allokati mal-erbgħa biljun ewro għall-din il-kawża. ‘L-għajta tal-esperti u x-xjenzati hija ċara; li 40% tal-każijiet tal-kanċer fl-Ewropa, huma prevenibbli,’ fakkar Engerer, huwa u jindirizza dibattu dwar dan ir-rapport ġewwa l-hemiċiklu ta’ Strasburgu. Huwa kompli billi qal, ‘issa, ix-xjenzati ser jagħtu r-riedni f’idejna, biex bħala politiċi nieħdu deċiżjonijiet ċari u konkreti biex innaqqsu r-rata tal-kanċer.’ Engerer kompla l-intervent tiegħu billi qalli issa, l-Ewropa għandha għażla quddiemha: jekk toqgħodx fuq il-kelma tax-xjentisti sabiex jiġu salvati l-ħajjiet tan-nies mill-kanċer, jew inkella li tissodisfatta l-bwiet tal-kumpaniji kbar li l-uniku interess tagħhom huma l-profitti. ‘Huwa biss fuq deċiżjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza, li nistgħu nirbħu il-ġlieda Ewropea kontra l-kanċer,’ temm jgħid Engerer. Ir-rapport imħejji ġie approvat b’vot saħħtu fil-Parlament Ewropew, hekk kif madwar 90% tal-Membri vvutaw favur l-adozzjoni tiegħu.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share