In the Press

Engerer b’xogħol fuq żewġ derogi dwar il-mediċini għal Malta

“Meta iċ-ċittadini jmorru jixtru l-mediċini mill-ispiżeriji għandu jkollhom s-serħan il-moħħ b’aċċess għal mediċini li jafu, li mdorrijin bihom u li jafdaw,” qan qalu l-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer waqt dibattitu importanti għal Malta fil-Parlament Ewropew dalgħodu. It-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ħalla mpatt qawwi fuq is-Suq Waħdieni tal-Unjoni, pero rridu nieħdu l-miżuri kollha neċċessarji biex niżguraw li prodotti essenzjali għall-bniedem bħall mediċini jkunu aċċessibli u affordabli għal kulħadd, saħaq Engerer f’indirizz lill-Kummissjoni Ewropea waqt diskussjoni fuq żewġ derogi speċjali għal Malta u żewġ pajjiżi oħra milquta b’mod dirett mill-Brexit. Fil-Kumitat tas-Saħħa Publika fil-Parlament Ewropew, Cyrus Engerer spjega li dawn id-derogi huma essenzjali għal Malta u għaċ-ċittadini kollha Maltin għaliex bħala pajjiż għandna dipendenza storika ma’ mediċini prodotti fir-Renju Unit. “Il-mediċini għall-bniedem huma essenzjali, bl-istess mod hi essenzjali l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistemi tas-saħħa, kemm fuq livell nazzjonali, kif ukoll fuq livell Ewropew,” qal il-Membru Parlamentari Ewropew, filwaqt li enfasizza li dan qegħdin narawh bħalissa fil-ġlieda kontra l-pandemija Covid-19. “Filwaqt li nirringrazzja lill-Kummissjoni Ewropea tal-ħidma tagħha biex tinsab soluzzjoni temporanja, importanti li nsibu wkoll soluzzjoni permanenti għal din l-isfida,” kkonkluda Engerer fil-Kumitat tal-Parlament Ewropew. Hu saħaq li matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jkun qiegħed ikompli jaħdem b’mod dirett mal-Kummissjoni Ewropea u sħabu mill-partiti politiċi l-oħrajn fil-Kumitat tas-Saħħa biex jintlaħaq qbil sodisfaċenti għaċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share