In the Press

Cyrus Engerer jikxef il-pjan ta’ David Casa fil-Parlament Ewropew

Hekk kif fil-jiem li ġejjin il-Parlament Ewropew ser ikun qiegħed jiddiskuti riżoluzzjoni fuq il-qagħda tas-saltna tad-dritt f’Malta fl-għeluq tal-ħames sena mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer ikkritika l-attentati tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew biex juża din ir-riżoluzzjoni bħala mezz biex jiddistabilizza l-istabilità f’Malta fil-qasam tal-enerġija. . “Minflok jiffoka fuq ir-riformi kbar li saru biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt u d-demokrazija f’ pajjiżna, l-iskop tal-Partit Nazzjonalista hu li juża din ir-riżoluzzjoni biex jipprova jitfi l-power station ta’ Malta u jħalli lill-familju u n-negozji staġnati” qal Engerer. Engerer żvela kif David Casa, li huwa n-negozjatur tal-Partit Popolari Ewropew fuq din ir-riżoluzzjoni, kien qiegħed jimbotta klawżola biex jitwaqqafu kull tip ta’ fondi lill-Power Station Maltija, li hija l-unika Power Station f’pajjiżna – b’ konsegwenza li din ikollha titfi l-magni u tieqaf tiġġenera l-elettriku, u tħalli lil pajjiżna fid-dlam. “Biex jipprova jirbaħ punti politiċi, David Casa prova jitfi l-iswiċċ tal-uniku power station li għandna f’ pajjiżna, u b’hekk aħna lkoll nispiċċaw bla dawl. Ma jimpurtahx bit-tbatija li seta’ ġab fuq il-familji tagħna, u ma jinteressahx mit-telf li seta’ ġarrab lin-negozji tagħna,” kompla Engerer. “Dan huwa inaċċettabbli,” saħaq Engerer, fejn qal ukoll li “wara n-negozjati, aċċertajna li klawżola bħal din ma’ tkunx inkluża fir-riżoluzzjoni. Hija verament ħasra li tara li t-tir tal-Partit Nazzjonalista hu li jwaqqaf il-power station ta’ pajjiżna, speċjalment fi sfond tal-kriżi tal-enerġija li għaddejja minnha l-Ewropa bħalissa.” Engerer fakkar kif bħala delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, qatt ma kien hemm problemi biex jitkellmu dwar is-saltna tad-dritt u d-demokrazija f’pajjiżna, hekk kif tul dawn l-aħħar snin kien hemm riformi bla preċedent biex dawn jissaħħu – riformi li ġew innotati u mfaħħrin mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, mill-Kummissarju tal-Ġustizzja Didier Reynders, u kif ukoll mill-Kummissjoni Venezja. “Meta l-kritika tkun kostruttiva m’għandna l-ebda problema niddibattu fil-Parlament Ewropew, anzi, rajna kif il-Gvern Malti kien proattiv u propona ħafna miżuri u riformi ġodda biex f’dan il-qasam. Iżda, meta l-Partit Nazzjonalista jikkritika bi skop li jkisser il-Gvern u jitfa’ dubju fuq jekk l-unika power station ta’ Malta għandhiex tintefa jew le, dawn huma azzjonijiet destruttivi. Diment li hawn aħna pero, m’aħna qatt ser inħallu lill-Partit Nazzjonalista jiddistabilizza lil-pajjiżna,” kkonkluda Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torca

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share