In the Press
Cyrus Engerer jgħid li l-Ewropa trid tinvesti fl-Ewropej
B’reazzjoni għad-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von Der Leyen, il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista saħaq dwar il-bżonn ta’ Ewropa li tkun taf x’inhuma l-ħtiġijiet tan-nies u li tinvesti fiċ-ċittadini tagħha. “Għandna bżonn ta’ Unjoni Ewropea iktar soċjalista li tinvesti fiċ-ċittadini Ewropej u taddotta l-istess mudell ekonomiku u soċjali bħal dak tal-Gvern Malti li ħalla l-frott matul dawn l-aħħar disa snin”, qal Cyrus Engerer filwaqt li saħaq li “f’dan iż-żmien bla preċedent u importanti iktar minn qatt qabel li l-politika Ewropea ssir waħda aktat li tinvesti fiċ-ċittadin”. Fid-diskors tagħha Von der Leyen irrikonnoxit it-tbatija li ċ-ċittadini Ewropej qed jaffaċċjaw minħabba l-gwerra b’riżultat tal-invażjoni llegali tar-Russja fl-Ukranja u pproppniet numru ta’ miżuri ġodda, speċjalment dawk relatati mas-suq tal-enerġija. “Il-Kummissjoni Ewropes trid tgħaddi mill-kliem għall-fatti. Fil-passat in-Nazzjonalisti dejjem ħaddmu l-prinċipju tal-awsterità, wasal iż-żmien li minflok, ikun hemm investiment progressiv li jwassal f’livell t’għajxien xieraq għal kulħadd”, qal Engerer. “Hemm anzjani madwar l-Ewropa li minħabba l-inflazzjoni qed ikollhom jagħżlu bejn l-ikel jew il-mediċini; familji li kellhom inaqqsu l-livell t’għajxien li jixtiequ jipprovdu lit-tfal tagħhom; u żgħażagħ b’inqas opportunitajiet mill-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom”, spjega l-MPE Cyrus Engerer filwaqt li kkonkluda li għandna dover bħala politċi Ewropej li niżguraw l-aqwa livell t’għajxien għal poplu Ewropew.
MEP Cyrus Engerer
It-Torċa
My EP Work
Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.