In the Press

Cyrus Engerer imexxi s-sejħa Ewropea għat-twaqqif tal-esportazzjoni tal-iskart

Din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew, ġiet sottomessa il-pożizzjoni tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fuq ir-Regolament dwar l-Esportazzjoni tal-iSkart - pożizzjoni li kienet imħejja mill-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer, bħala negozjatur f’isem il-Grupp fuq dan ir-regolament. ‘F’din il-pożizzjoni qiegħdin ngħajtu biex inwaqqfu minnufih l-esportazzjoni tal-iskart lejn pajjiżi terzi, li m’għandomx il fakulta’ li jitrattaw u jirriċiklaw dan l-iskart bl-istess standards bħalma għandna fl-Ewropa,’ spjega Engerer. ‘B’din il-prattika egoista u insostennibbli, qiegħdin nagħmlu ħsara kbira lill-ambjent, u fl-aħħar mill-aħħar, lil saħħitna wkoll.’ Engerer emfasizza l-bżonn li dan il-pjan għall-esportazzjoni tal-iskart ikun wieħed tassew ambizzjuż - ħafna aktar milli kienet qiegħda tipproponi l-Kummissjoni Ewropea. Filfatt, il-pożizzjoni li huwa fassal ser tkun qed tappella biex l-Unjoni Ewropea tiprojbixxi għal kollox l-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik, speċjalment minħabba l-kimiċi tossiċi li jiġu emissi jekk dan ma jiġix riċiklat u trattat kif suppost. Huwa spjega wkoll kif l-għan aħħari ta’ din il-proposta hu li l-plastik isir riżors essenzjali bħala parti mill-ekonomija ċirkulari, aktar milli oġġett li jiġi skartat wara li jintuża darba biss. Huwa nnota kif dan ir-regolament huwa biss parti mill-ġlieda globali kontra t-tibdil tal-klima u l-ħsara ambjentali, u li l-Unjoni Ewropea għandha opportunita’ tad-deheb biex tkun pijuniera f’din il-ġlieda. Mhux biss billi tkun ambizzjuża fil-passi mittieħda biex jitnaqqas l-iskart, iżda billi ma teħlisx mill-problema tat-trattament tal-iskart billi titfagħhom fuq pajjiżi nqas żviluppati - b’konsegwenza li tiggrava s-sitwazzjoni ambjentali f’dawn il-pajjiżi u tkompli tniġġes l-ekosistema dinjija. ‘Ilna ħafna nisħqu dwar il-punt li ma nistgħux niġġieldu din il-kriżi ambjentali weħidna. X’isir fuq naħa waħda tad-dinja, ser ikollu impatt profond eluf ta’ kilometri l’ bogħod ukoll’, qal Engerer. ‘Issa huwa l-mument li nuru lill-bqija tad-dinja li ser neħduha bis-serjeta’ u nwaqqfu għal kollox din il-prattika inaċċettabbli, fejn nies vulnerabbli fuq in-naħa l-oħra tad-dinja qiegħdin ibatu minħabba l-iskart tagħna. Iva, irridu nimxu lejn ekonomija nadifa u ambjentali, iżda din it-transizzjoni trid tkun waħda ġusta għal kulħadd.’ Fil-ġimgħat u xhur li ġejjin, Engerer ser ikun qiegħed jinnegozja flimkien mal-gruppi politiċi oħrajn, biex jintlaħaq ftehim dwar il-pożizzjoni globali tal-Parlament Ewropew fuq dan ir-regolament importanti - biex fl-aħħar nett ikun appoġġjat mill-bqija tal-Membri Parlamentari Ewropej f’vot wara l-vaganzi tas-sajf. ‘Nittama li l-gruppi l-oħrajn ser jisimgħu u jaddottaw il-pożizzjoni b’saħħitha u ambizzjuża li aħna s-Soċjalisti qiegħdin nipproponu - filwaqt li nitrattaw l-iskart tagħna bl-aktar standards għoljin. B’hekk, ser inkuna qiegħdin nagħtu prijorita’ kemm lill-ambjent tagħna, iżda ukoll għas-saħħa u benessere ta’ kull wieħed u waġda minna,’ temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share