In the Press

Budget 2022 - Ir-ruħ soċjali fil-qalb tal-Gvern Laburista

Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer faħħar l-Budget li ġie ppreżentat nhar t-Tnejn li għadda, fejn tenna li dan il-budget kien wieħed tassew soċjali - magħmul min Gvern li sema’ u ħass il-polz tal-poplu. “Huwa Budget ta’ Gvern li tassew jisma’ u li ma jgħaddix romblu minn fuq in-nies iżda jżomm il-wegħda tiegħu li jkun viċin taċ-ċittadini kollha tul il-perkors f’ħajtu”, saħaq Engerer. Fost l-għadd ta’miżuri li tħabbru, Engerer esprima s-sodisfazzjon tiegħu li minkejja ż-żmien diffiċli li għaddejna minnu minħabba l-pandemija, l-Gvern xorta waħda kkommetta li jgħolli l-pensjonijiet għall-95,000 anzjan, li ser jgawdu minn żieda ta’ €260 fis-sena. B’hekk l-Gvern qiegħed jaċċerta li ħadd ma jaqa’ lura fl-irkupru mill-pandemija. ‘Rridu niftakru wkoll li t-taxxa fuq l-overtime u fuq x-xogħol ‘part time’ ser jkun qieghed jonqos. Allura, l-ħaddiema Maltin ser jifdlilhom aktar fus fil-but, biex jonfqu u jerġgħu jqajmu l-ekonomija tagħna, hekk kif bil-mod ‘l mod, noħorġu mill-pandemija,’ qal Engerer. Semma wkoll kif bla dubju l-istudenti huma ħerqana biex jirċievu l-ogħla żieda fl-istipendju li qatt kellhom fl-istorja, żieda ta’ 10% - kuntrarju għal dak li kien jgħid il-Partit Nazzjonalista li taħt amministrazzjoni Laburista, l-istipendju jispiċċa. Engerer qal kif miżura oħra li laqtitu kienet l-ħelsien tat-taxxa fuq bejgħ u xiri ta’ propjetiet vakanti, bi stil tradizzjonali jew f’UCA. ‘Din il-miżura ser tgħin sabiex tqajjem aktar domanda għall-propjetajiet li jinsabu fil-qlub tal-rħula tagħna, u tagħti aktar inċentiv għall-dawk li jixtiequ jixtru propjeta’ tradizzjonali, li forsi għandha bżonn xi xogħol ta’ rinovazzjoni. B’hekk qiegħdin nkomplu nħarsu u ninvestu fil-wirt storiku ta’ pajjiżna.’ Huwa ddeskriva l-budget bħala wieħed li jagħti prijorita’ għall-wirt ambjentali ta’ pajjiżna, waqt li faħħar l-pjan sabiex jitħawwel bosk ġdid fl-inħawi ta’ Marsaskala, magħruf bħala tal-Imwadar, b’investiment ta’ 20 miljun ewro li ser jkun akbar mill-Buskett. Apparti minn hekk, laqa’ l-proposta biex jitkompla l-investiment fuq ġonna vertikali u fuq l-bjut, kif ukoll l-istudju biex Triq Sant’ Anna fil-Furjana tiġi ‘green zone’ pedestrijanizzata - nifs ġdid għall-inabitanti ta’ dawk l-inħawi. Engerer faħħar l-miżura fejn l-Gvern ser jkun qed jneħħi n-noll fuq l-użu tat-transport pubbliku, biex b’hekk wieħed jista’ jirkeb fuq tal-linja b’xejn. Emfasizza kif Malta hija biss t-tieni pajjiż fl-UE li introduċa miżura rivoluzzjonarja bħal din, wara l-Lussemburgu. ‘Dan huwa inċentiv eċċellenti għaċ-ċittadini Maltin biex jiddependu nqas fuq l-karozza privati tagħhom, u jużaw aktar t-trasport pubbliku. Waqt li rridu naċċertaw li s-servizz tal-linja jkun mill-aktar effiċjenti possibbli, rridu niftakru li billi nużaw aktar t-trasport pubbliku, ser nkunu qiegħdin nikkontribwixxu għall-ħafna nqas emissjonijiet tal-karbonju fl-arja tagħna, u nkomplu nimxu lejn il-miri klimatiċi tagħna.’ Fl-istess ħin, Engerer esprima d-diżappunt tiegħu għar-reazzjoni tal-oppożizzjoni Nazzjonalista, li ppreferiet tinfexx f’attakki fuq kif l-Gvern huwa ‘bla viżjoni’ u mhux interessat biex itejjeb l-għajxien tan-nies. “Jiddispjaċini biss għall-fatt li għandna Opożizzjoni wisq mitlufa u li ma tafx x’ser taqbad tgħid. Dan rajnieh ukoll mit-tweġibiet bħala reazzjoni għall-budget, bis-soltu retorika u ‘catch phrases’ biex tipprova tindutrina lin-nies bin-negattività tagħha – negattività li ma twassal imkien ħlief li tkompli tħaffer iżjed fil-vojt il-ħofra tagħha u tal-PN”, qal Cyrus Engerer. Madanakollu, sostna li l-familji Maltin u n-negozjanti jinsabu kunfidenti biżżejjed li ser ikomplu jikbru u jkabbru l-prodott tagħhom, ix-xogħol u l-ġid hekk kif moħħhom mistrieħ għal futur stabbli fid-direzzjoni t-tajba, bi Gvern għaqli fit-tmexxija ta’ Malta u Għawdex. ‘Din hija l-Malta li m’għandix dubju, intom ilkoll tridu tkomplu tgħixu fiha,’ temm jgħid Engerer.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share