In the Press

2021: Il-bidu tat-tqassim tal-vaċċin kontra l-COVID-19

Is-sena 2020 se tibqa’ mfakkra għall-pandemija COVID-19. Ċert li qatt ma stennejna li se ngħaddu minn din esperjenza b al din. Iżda wara l-maltemp jiġi l-bnazzi, u hekk jidher li se ġġib magħha s-sena 2021 - is-sena li fiha se jitqassam il-vaċċin kontra l-Coronavirus, u b’hekk nibdew it-triq lura għan-normalita’. Matul il-ġimgħa li għaddiet kont preżenti ma’ numru ta’ MEPs għal laqgħa mad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Emer Cooke. Fiha ddiskutejna l-aħħar żvillupi fl-ittestjar u l-verifiki tal-vaċċin. L-iktar punt importanti li qajjimna kien li filwaqt li nixtiequ l-vaċċin kemm jista’ jkun malajr, il-poplu Ewropew irid is-serħan tal-moħħ - vaċċin ta’ kwalita’ u sigur. Kien għalhekk li ħadt gost nisma’ li l-għażla tal-Aġenzija ma kenitx li titratta l-vaċċin f’ambitu ta’ emerġenza, iżda ddeċidiet li tieħu l-ħin kollu neċessarju biex tittestja l-vaċċin bil-mod li jiġei normalment għal ’kull vaċċin jew mediċina oħra. Il-pandemija Covid-19 għalmitna dwar l-importanza ta’ ħidma flimkien bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, anke fil-qasam tas-saħħa. L-imħuħ tagħna lkoll flimkien, kif ukoll ħidma maqgħuda twassal għall-aħjar riżultati għall-pazjenti. Dan qiegħed iwassal lill-Kumissjoni Ewropea biex tibda l-proċess għal Unjoni tas-Saħħa Ewropea. Din it-turija ta’ għaqda se tkun riflessa anke fit-tqassim tal-vaċċin. Kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea se jibda jlaqqam liċ-ċittadini tiegħu fl-istess ġurnata - 27 ta’ Diċembru. Ridna li l-Unjoni Ewropea tagħti messaġġ li sew jekk tgħix fi Brussell fil-Belġju, jew inkella fil-periferija tal-Unjoni Ewropea bħal Marsaxlokk f’Malta, Sintra fil-Portugal jew Lulea fl-Isvezja, ikollok l-istess importanza daqs kull persuna oħra madwar l-Ewropa - simbolu ta’ Unjoni Ewropea maqgħuda f’dan il-perjodu ta’ sfida. Fil-Kumitat għas-Saħħa Publika se nkompli naħdem biex nassiguraw li l-informazzjoni relatata mal-vaċċin tkun trasparenti u fil-ħin, u biex fl-iqsar żmien nirbħu din il-gwerra kontra dan il-virus. Fl-istess waqt ix-xogħol fuq oqsma oħra tas-saħħa irid ikompli għaddej u jerġa jisaħħaħ. Din il-ġimgħa kont onorat li ġejt appuntant bħala l-Kopresident tal-koalizzjoni tal-Għaqda tas-Saħħa Mentali Ewropea fil-Parlament Ewropew, kif ukoll ir-rapreżentat tad-delegazzjoni Laburista Maltija fil-Kumitat li qed jaħdem fuq il-ġlieda kontra l-Kanċer. Hu ta’ unur li ngħatajt din l-opportunita’ biex inservi bħala vuċi tal-Maltin u l-Għawdxin fil-Parlament Ewropew. Hu privileġġ ikbar li nista’ nkun il-vuċi ta’ dawk li ħafna drabi ma jistemawx. Nawguralkom is-saħħa fis-sena l-ġdida.

MEP Cyrus Engerer

It-Torċa

My EP Work

Dashing from one meeting to another, to debating groundbreaking legislation with colleagues, stopping to give interviews to the media, or drafting resolutions - there are truly no two days which are identical at the European Parliament. However, our goal remains constant: to work for a stronger Europe which is just and equal, a Europe which we all are proud to call our home.

Share